Merħba f’Indivior.

Xi darba fil-futur, il-vizzju tad-droga mhux se jiġi kkunsidrat mis-soċjetà tagħna bħala xi ħaġa ta’ min jistmerrha u jistħi minnha. Xi darba fil-futur, il-vizzju tad-droga mhux se jkun aktar kriżi umanitarja globali. Aħna f’Indivior noħolmu li għad tasal ġurnata meta l-pazjenti kollha madwar id-dinja jkollhom aċċess bla restrizzjonijiet għal servizzi ta’ kura tal-aqwa kwalità għall-kundizzjonijiet kroniċi ta’ dawk li jerġgħu jaqgħu fil-vizzju tad-droga u għal kundizzjonijiet oħrajn relatati ma’ din il-problema. Sakemm tasal dik il-ġurnata, se nkomplu nkunu pijunieri fir-rigward tal-iżvilupp ta’ kura li tibdel il-ħajja ta’ dawn il-persuni. U bl-għajnuna ta’ professjonisti fil-kura tas-saħħa, il-komunità tas-saħħa pubblika, dawk li jfasslu l-politika, dawk li jħallsu, u nies bħalek, aħna se nkissru l-ostakoli li hemm bħalissa fil-kura għal miljuni ta’ nies madwar id-dinja li l-aktar jeħtieġuha.

Din hi l-ħolma tagħna. Aħna Indivior u aħna dejjem nemmnu li int ħaqqek l-aħjar u ħaqqek l-attenzjoni kollha tagħna.

Biex il-ħolma tagħna ssir realtà, aħna impenjati li nipprovdulek il-kontenut tal-website tagħna bil-Malti. Kif tista’ timmaġina, biex wieħed jimplimenta marka kummerċjali madwar id-dinja kollha jieħu ż-żmien. Waqt li se naħdmu b’diliġenza biex nittraduċu l-website tagħna, nistednuk iżżur il-website Amerikana tagħna biex issir taf aktar dwarna.

MISTOQSIJA DWAR IL-PRODOTT JEW AVVENIMENT NEGATTIV

Is-sigurtà tal-pazjenti mhijiex biss obbligu … hi responsabbiltà.

L-għajnuna tiegħek biex tirrapporta tħassib dwar il-prodott jew xi avveniment negattiv li jseħħ wara li tkun ħadt il-prodott, għandha sehem kruċjali fil-missjoni tagħna biex naraw li l-pazjenti kollha jkollhom aċċess għal kura tal-aqwa kwalità. Aħna nieħdu kull opportunità biex nimmonitorjaw is- sigurtà tal-pazjenti permezz ta’ għodda apposta.

Għal kwalunkwe tagħrif relatat mal-prodott, ilmenti dwar il-prodott, biex titlob tagħrif mediku, jew biex tirrapporta avveniment negattiv, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Għall-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada:

PatientSafetyNA@indivior.com
Ċempel: 1-877-782-6966

Għall-pajjiżi l-oħrajn kollha:

PatientSafetyROW@indivior.com
Ċempel: +800 270 81 901 (Numru tat-telefon internazzjonali bla ħlas, bil-kodiċi tal-pajjiż quddiemu)